Protestant ċkejken jisraq il-qlub ta' ħafna | One News

Notifiki

Protestant ċkejken jisraq il-qlub ta’ ħafna

Eluf ta’ persuni ngħaqdu flimkien f’Los Angeles s-Sibt li għadda biex jipprotestaw dwar il-President-elett Donald Trump, iżda l-attenzjoni tal-fotografu Abigail Gorden insterqet minn parteċipant ċkejken li kien fost il-folla.

Waqt li kienet qed tieħu r-ritratti tal-protesta, Gorden ħadet ritratt ta’ tifel ċkejken iżomm kartellun f’idu bil-messaġġ “Jekk se jibni ħajt, jien se nikber u nneħħih,” dan waqt li kien miexi fit-triq.

Gorden qalet li ddeċidiet li toħodlu ritratt minħabba l-ħarsa sinċiera u d-diterminazzjoni li deheret f’wiċċu.

Bħalissa dan ir-ritratt qed idur ġmielu fuq is-siti soċjali b’bosta persuni jiggustaw lil dan it-tifel hekk kif żgur mhux forsi li l-ħarsa ta’ wiċċu tisraqlek qalbek.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend