Jipprotestaw kontra Trump imma lanqas biss marru jivvotaw! | One News

Notifiki

Jipprotestaw kontra Trump imma lanqas biss marru jivvotaw!

Aktar min-nofs il-112-il dimostranti kontra Donald Trump li ġew arrestati f’Portland ma marrux jivvotaw waqt l-aħħar elezzjoni.

Madwar 70 dimostrant kienu mniżżlin li jew ma marrux jivvutaw jew lanqas biss kienu rreġistrati biex jivvotaw f’Oregon, skont id-dokumenti tal-elezzjoni tal-istat.

25 persuna biss li kienu arrestati waqt li kienu qed jipprotestaw, instabu li kienu verament ivvotaw.

Wara li Trump rebaħ l-elezzjoni biex isir President, bdew iseħħu protesti madwar il-pajjiż. Dawn bdew iseħħu minn nhar l-Erbgħa li għadda u komplew sa llum

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend