Tmiem il-ġimgħa mill-aqwa għall-partitarji tal-futbol | One News

Notifiki

Tmiem il-ġimgħa mill-aqwa għall-partitarji tal-futbol

Tmiem il-ġimgħa mistenni għad-dilettanti kollha tal-futbol, dan hekk kif f’diversi kampjonati Ewropej hemm skedati logħob bejn uħud mill-aqwa timijiet tal-istess pajjiż. Fil-kampjonat Taljan ir-rivali eterni tal-belt ta’ Milan – Inter u Milan- jiltaqgħu kontra xulxin il-Ħadd filgħaxija f’San Siro.

Fil-Bundesliga, is-Sibt jiltaqgħu kontra xulxin Bayern Munich li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika u Borussia Dortmund li huma magħrufin għal korjografija tal-partitarji tagħhom li joħonqu l-istand bil-kuluri isfar u iswed.

Is-sibt ukoll f’Old Trafford, Manchester United jilqgħu lit-tim immexxi minn Arsene Wenger, Arsenal. Aktar tard tintlagħab id-derby Madrilen, Atletico Madrid kontra Real Madrid.

Partitisimma oħra mistennija hija dik ta’ bejn Galatasaray u Fenerbahce mill-kampjonat Tork.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend