Ryanair b'investiment ta' $400 miljun f'pajjiżna | One News

Notifiki

Ryanair b’investiment ta’ $400 miljun f’pajjiżna

Il-linja tal-ajru Ryanair qed tiċċelebra għaxar snin topera f’Malta. Ryanair bdiet topera f’pajjiżna propju fl-2006, għaxar snin li matulhom il-kumpanija rreġistrat tkabbri fin-numru ta’ passiġġieri kull sena. Bis-sena 2016 tkun l-akbar rekord għar-Ryanair.

David O’Brien li huwa ċ-Ċhief Commercial Officer ta’ Ryanair spjega li l-linja tal-ajru se tkun qed tinvesti fir-raba’ ajruplan li se jopera għal vjaġġi minn u lura lejn pajjiżna, b’investiment ta’ $100 miljun. Dan ifisser li t-total ta’ investiment f’pajjiżna minn Ryaniar żdied għal $400 miljun.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis iddeskriva din is-sħubija strateġika fis-settur tal-avjazzjoni bħala waħda importanti għal pajjiżna. Huwa irrimarka li suċċess bħal dan ikompli jinċentiva lil Gvern biex l-Air Malta ssir kumpanija aktar kompettitiva f’suq li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jiffjorixxi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend