Kumbinazzjoni stramba: siġar jiffurmaw il-mappa tal-Awstralja – One News

Notifiki

Kumbinazzjoni stramba: siġar jiffurmaw il-mappa tal-Awstralja

Turista li marret Darwin għal tieġ, ħadet ritratt ħdejn il-baħar b’xebħ qawwi tal-bordura tal-mappa tal-Awstralja.

F’ritratt, Kelly Matthews qabdet ix-xemx nieżla bejn fergħat u weraq f’Darwin Esplanade fit-Territorju tat-Tramuntana.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali BBC, it-turista spjegat li kif tellgħet ir-ritratt fuq Facebook, sħabha bdew jikkummentaw li r-ritratt jixbaħ il-mappa tal-Awstralja.

Ir-ritratt ġibed għajn bosta, b’uħud ikkummentaw li bħal fil-mappa, Tasmania qisha mhijhiex parti mill-Awstralja.

Iżda fuq nota umoristika, kien hemm min wieġeb għal din ir-rimarka b’kummenti bħal “Mur s’hemm u qaċċat fergħa!”

unnamed1

unnamed

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend