Ivverifika d-dettalji tiegħek jekk int votant! – One News

Notifiki

Ivverifika d-dettalji tiegħek jekk int votant!

Il-Kummissjoni Elettorali fakkret lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru2016, dwar l-importanza li jivverifika li ismu/isimha u l-partikolaritajiet tiegħu/tagħha jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippublikat fit-28 ta’ Ottubru 2016.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’reġistrazzjoni, u dawk li għandhom ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja, għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f’dan ir-reġistru jekk, fit-30 ta’Settembru 2016, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-ElezzjonijietĠenerali (Kap.354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.

Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar il-Ġimgħa t-18 ta’ Novembru 2016, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru.  Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Il-KE qalet ukoll li tixtieq tfakkar lill-pubbliku bil-faċilità onlajn fejn wieħed jista’ jara jekk hux reġistrat bħala votant fir-Reġistru Elettorali ta’ Ottubru 2016.  Dan jista’ jsir billi wieħed jidħol fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) u jagħfas il-buttuna “Nista’ nivvota?” mill-għażla “Reġistri Elettorali”, taħt is-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend