Il-Jum Dinji tad-Dijabete… Google jbiddel il-faċċata tiegħu – One News

Notifiki

Il-Jum Dinji tad-Dijabete… Google jbiddel il-faċċata tiegħu

Illum huwa l-Jum Dinji tad-Dijabete. Din il-ġurnata hi ddedikata biex tinħoloq kuxjenza globali u tiġi mfakkra fl-14 ta’ Novembru ta’ kull sena.

Kundizzjoni li f’Malta tolqot aktar minn 30,000 persuna.

Google qed ifakkar il-125 anniversarju mit-twelid ta’ Sir Frederick Bantig, ir-raġel li skopra li l-insulina hi ta’ użu bħala trattament għad-dijabete. Filfatt il-ġurnata tat-twelid tiegħu hi proprju l-ġurnata li ntgħażlet bħala l-Jum Dinji għad-Dijabete.

Google qed ifakkar din il-ġurnata billi biddel il-faċċata ta’ fejn wieħed jagħmel it-tfittxija tiegħu onlajn bi stampa ta’ Sir Frederick Bantig, li flimkien bl-għajnuna ta’ Charles Best , għamel sejba ta’ ormoni li bihom jistgħu jittrattaw id-dijabete.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend