“Hemm bżonn li din tieqaf darba għal dejjem!” – residenta mis-Siġġiewi – One News

Notifiki

“Hemm bżonn li din tieqaf darba għal dejjem!” – residenta mis-Siġġiewi

Residenta mis-Siġġiewi bagħtitilna ritratti ta’ Triq Ramija. Urtata, qalet li f’din it-triq hemm min jinsisti li jarmi ż-żibel illegalment, minkejja li kull darba l-post battal biswit residenzi jitnaddaf mill-awtoritajiet.

“Din hija ħaġa li ilha għaddejja snin. Jiġu jnaddfu, imma jerġa jintela’ żibel li jibqa’ jakkumula. Hemm bżonn li din tieqaf darba għal dejjem”.

U kull m’hemm bżonn ftit sens komun u edukazzjoni. X’jiġri jekk ikollok skart li taż-żibel normali ma jiġbrux? Telefonata tmur fin-nofs. Jew lill-Kunsill Lokali, li jiġi jiġbor l-iskart b’xejn minn quddiem il-bieb, jew inkella tmur bih direttament f’wieħed mis-Civic Amenity sites tal-WasteServ. Dan ukoll huwa servizz bla ħlas u jgħodd għal oġġetti bħal għamara, saqqijiet, twapet, madum, appliances, skart elettroniku u tyres fost oħrajn.

Jekk wieħed verament jixtieq jirraġuna, jagħraf li aktar faċli tħalli l-iskart quddiem il-bieb f’ħin miftiehem biex imbagħad jinġabar, milli toqod tmur bih f’post u tarmi illegalment, bil-possibiltà li teħel multi.

 skart-2

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend