Bartolo: “tlabt li jsir rapport lill-Pulizija” – One News

Notifiki

Bartolo: “tlabt li jsir rapport lill-Pulizija”

 Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li meta ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar possibbiltà ta’ abbuż b’rabta ma’ xogħlijiet fl-iskejjel hu ta ordni mill-ewwel biex il-każ jittieħed għand il-pulizija.

Qal li kien talab biex dan isir minn Philip Rizzo li kien ċermen tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u talab lill-avukat tal-Ministeru biex hi ukoll tirrapporta l-każ.

Meta dalgħodu wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Bartolo żvela li saħansitra ta’ ordni biex min jissemma fl-allegat każ ma jkollux x’jaqsam la mal-Ministeru u lanqas mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.

“Mill-ewwel,” wieġeb Bartolo meta mistoqsi meta ħa dawn il-passi.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jista jinghad hafna fuq Varist imma zgur li le hu li mhux ser taqbdu fuq sieq wahda jew li ser jghoqod b’idejh fuq zaqqu meta jkun ir-rappurtat xi haga li jkollha x’taqsam mal-ministeru tieghu. Ministru diligenti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend