L-Awtorità tal-Ippjanar b’azzjoni ta’ nfurzar fuq tal-Bilbli fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar b’azzjoni ta’ nfurzar fuq tal-Bilbli fis-Siġġiewi

L-Awtorità tal-Ippjanar ilbieraħ ħadet azzjoni ta’ nfurzar fuq art ODZ fis-Siġġiewi li kienet qed tiġi sfruttata.

F’din il-ħidma, l-ħaddiema tal-Awtoritá ġabru tunnellati ta’ materjal ta’ kostruzzjoni li kien qed jintrema llegalment f’din iż-żona, magħrufa bħala tal-Bilbli minn l-2005.

Fl-aħħar xhur l-Awtoritá tal-Ippjanar innutat li l-iskart f’din iż-żona żdied u li t-twissija ta’ infurzar  kienet qed tiġi njorata u l-Awtoritá  bdiet  timponi multa kuljum u ordnat li jitneħħa l-materjal tal-kostruzzjoni minn din iż-żona fiż-żmien stipulat.

Il-persuna responsabbli ma żammietx ma’ dan il-ftehim, li wassal lil Awtoritá tal-Ippjanar biex tieħu azzjoni sabiex jitneħħa dan il-materjal ta’ kostruzzjoni mill-Wied ta’Qirda fil-limiti tas-Siġġiewi. L-Awtoritá spjegat li l-ispiża tal-operazzjoni se titħallas mill-kontraventur.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend