Skema biex tgħin negozji fid-dinja online – One News

Notifiki

Skema biex tgħin negozji fid-dinja online

Tħabbru żewġ skemi oħra għal negozji żgħar u medji. Din id-darba b’investiment ta’ sitt miljun ewro, ħafna minnu minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Kien is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Ian Borg, li ta dettalji dwarhom.

Fiehem kif waħda mill-iskemi hija dik tal-ecomerce fejn kumpaniji jkunu jistgħu jiżviluppaw siti elettroniċi bil-għan li jtejjbu s-servizzi tagħhom online. Dan f’dinja fejn is-settur tal-bejgħ bl-internet qed isir dejjem iktar importanti. Għal din l-iskema hemm allokati ħames miljun ewro.

L-iskema l-oħra b’investiment ta’ miljun ewro nħolqot bil-għan li negozji żgħar u medji wkoll ikunu jistgħu jirreferu l-proġetti tagħhom bil-għan li jsaħħu n-negozju. Borg fakkar kif b’rabta ma’ dan hemm investiment ta’ 51 miljun ewro.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend