Kuntenti bix-xaqq ta’ dawl għal dawk b’għomor il-ħabs   – One News

Notifiki

Kuntenti bix-xaqq ta’ dawl għal dawk b’għomor il-ħabs  

Il-Fondazzjoni mid-Dlam ghad-Dawl laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tas-7 ta’ Novembru fejn

ġie ddikjarat li l-piena ta’ għomor il-ħabs tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem peress li ma’ jeżisti ebda mekkanizmu ta’ reviżjoni.

“Din is-sentenza taqbel mal-prinċipji ta’ rijabilitazzjoni li pajjiżna qiegħed għal dawn l-aħħar snin iħaddan kif ukoll taqbel mal-ispirtu tad-decizjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,” qalet il-Fondazzjoni.

Kompla jingħad li din is-sentenza waslet wara snin li l-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl ilha ħafna snin timmilita biex dawk li llum qegħdin il-ħabs b’sentenza ta’għomor ikollhom xaqq ta’ dawl fil-futur tagħhom. “Mhux hekk biss, imma Mid-Dlam

ghad-Dawl kienet hi li sponsorjat il-kawża ta’ Wahid Ben Ali,” qalet il-Fondazzjoni.

Il-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl temmet tgħid li temmen li wara snin ta’ ħabs individwu għandu jkollu l-possibiltà li jiġi rilaxxat f’każ li huwa ma jibqax ta’ periklu għas-soċjetà u jkun irriforma ruħu b’mod pożittiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend