Dinja tal-animazzjoni u l-video games fl-Imsida – One News

Notifiki

Dinja tal-animazzjoni u l-video games fl-Imsida

Twaqqaf uffiċjalment il-Valletta Higher Education Insisute fl-Imsida. Fi ftit tax-xhur oħra dan se jibda jilqa’ fih studenti Maltin u barranin għall-korsijiet li jispeċjalizzaw fl-animazzjoni u l-video games.

Istituzzjoni bl-istess għan diġa’ teżisti fl-Italja, u rappreżentanti tagħha ġew f’pajjiżna u ltaqghu mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Spjegaw li fl-Italja hemm 80 student isegwu dan il-kors u l-għan hu li b’ħidma u sinerġija mal-istituzzjoni l-ġdida fl-Imsida, dan in-numru jiżdied, u studenti kemm Maltin u Taljani jimirhu iżjed fil-pajjiżi rispettivi.

Kien spjegat li dawn l-istudenti diġa’ għamlu għexieren ta’ cartoons li jsegwuhom eluf ta’ tfal fuq YouTube, u żewġ logħbiet li saħansitra jistgħu jinxtraw minn fuq GooglePlay jew AppStore.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħeġġeg studenti Maltin biex jinteressaw iżjed ruħhom f’settur li ddeskrivieh bħala wiehed ekonomiku ġdid, li qed ikun ikkumplimentat b’numru ta’ skemi t’appoġġ finanzjarju.

Intant, diġa’ kien hemm 40 student Malti li wera interess għal korsijiet li se jibdew fi Frar 2017.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend