Minn immigranta għal First Lady tal-Istati Uniti – One News

Minn immigranta għal First Lady tal-Istati Uniti

Hekk kif illum tħabbret ir-rebħa Presidenzjali tal-Istati Uniti, bosta persuni fuq l-internet qed jiddiskutu mhux biss l-għażla tal-President iżda kif ukoll lit-tielet mara ta’ Donald Trump, Melania Trump, li se tkun qed tieħu post Michelle Obama bħala l-Ewwel Mara tal-Istati Uniti.

Bosta qed jiddiskutu l-fatt kif Melania, li oriġinarjament hi mis-Slovenja, se tkun l-Ewwel Mara b’differenza hekk kif hi se tkun l-Ewwel Mara li twieldet f’pajjiż li mhux fl-Istati Uniti. Iżda dan mhux biss, hekk kif is-sbuħija tagħha kif ukoll il-karriera tagħha qed tiġbed l-għajn daqs il-kummenti kontroversjali tar-raġel tagħha.

Riċentament Melania Trump kienet f’kontroversja hekk kif kienet akkużata li serqet biċċiet mid-diskors li għamlet Michelle Obama f’konvenzjoni li saret fis-sena 2008.

Imwielda fis-26 ta’ April tal-1970, Melania għanda 46 sena, li jfisser li hemm distakk ta’ 24 sena bejnha u bejn ir-raġel tagħha Donald Trump li għandu 70 sena. Trabbiet f’Sevnica fl-Islovenja, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Ugożlavja. Melania bdiet il-karriera tagħha bħala mudella fl-età ta’ 16-il sena u wara sensiliet ta’ ritratti ġiet ikkuntatjata minn aġenzija tal-immudellar fl-Italja.

Minn hemm bdiet tidher timmudella f’xows popolari, bi ħwejjeġ ta’ disinjaturi famużi mondjali u kif ukoll ippużat arwiena f’rivisti barranin.

Melania issa qed tmexxi n-negozju tagħha tal-ġojjellerija, u tbiegħ prodotti fuq stazzjon televiżiv. Kien hemm drabi fejn bi tbissima qalet li apparti n-negozju tagħha u li tieħu ħsieb lit-tifel, it-tielet xogħol tagħha hu li tieħu ħsieb lir-raġel.

Filwaqt li bosta persuni akkużawha li għamlet użu minn diversi prodotti u kgħamlet proċeduri biex tejbed id-dehera ta’ wiċċha, f’intervista li saret f’April sostniet li dan mhux minnu. Melania saħqet li kif ix-xewqa tagħha hi li tixjieħ bl-aktar mod naturali bit-tama li ż-żmien ma jkunx kiefer fuqha. Hi kienet qalet ukoll li mijiex favur il-Botox għax dan jaf ikun ta’ detriment għan-nervaturi tal-wiċċ.

Melania kisbet il-‘green card’ fl-2001 u ċ-ċittadinanza ħames snin wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend