Jekk l-omm Borg u l-missier Vella, it-tifel x'jiġi? | One News

Notifiki

Jekk l-omm Borg u l-missier Vella, it-tifel x’jiġi?

Il-Qorti Kostituzzjonali Taljana iddeċidiet kontra leġiżlazzjoni li awtomatikament tagħti lit-tfal ta’ koppji miżżewġa kunjom il-missier.

Avukati argumentaw li meta familji jkunu mwaqqfa milli jagħtu lit-tfal kunjom ommhom, din tfisser diskriminazzjoni kontra n-nisa.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) kienet ikkundannat din il-leġiżlazzjoni – li tmur lura għal żmien ir-Rumani – u ordnat lill-Italja biex tibdilha.

Difensuri faħħru din id-deċiżjoni u talbu lill-Parlament japprovaha.

“Il-qorti iddikjarat l-illegalità tar-regoli li jipprovdu għall-għoti awtomatiku ta’ kunjom il-missier għat-tfal leġittimi, meta l-ġenituri jixtiequ mod ieħor,” il-Qorti Kostituzzjonali qalet fi stqarrija.

Il-każ jinvolvu koppja Taljana-Brażiljana li riedu jagħtu lit-tifel tagħhom iż-żewġ kunjomijiet, kif hija tradizzjoni f’ħafna pajjiżi Latini.

Wara li t-talba tagħhom ġiet miċħuda mill-awtoritajiet Taljani, huma ħadu l-każ għand l-ECHR, li ddeċidiet favur tagħhom fl-2014.

Il-liġi ġiet iddikjarata inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi mħaddan fil-kostituzzjoni moderna tal-Italja.

F’pajjiżna, illum il-liġi tipprovdi li tfal li jitwieldu fiż-żwieġ jieħdu kunjom missierhom, li warajh jistgħu iżidu kunjom xbubit ommhom jew kunjom żewġha li jkun miet qabilha.

Iżda fil-każ ta’ ulied li twieldu qabel is-7 ta’ Awwissu 2007,  jistgħu jżidu kunjom xbubit ommhom jew kunjom żewġha li miet qabilha wara l-kunjom ta’ missierhom jekk formula lill-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku.  liema formula għandu jkun fiha dikjarazzjoni li fil-ħajja

Ghaldaqstant, f’Malta hawn l-għażla li kunjom l-omm jidher x’imkien, iżda dan dejjem jieħu t-tieni post wara dak tal-missier.

Preżentament, m’hemmx l-għażla li l-miżżewġin jieħdu kunjom il-mara fiż-żwieġ, iżda din hija permessibli f’unjoni ċivili.

Dan iqanqal problemi fil-każi ta’ miżżewġin fejn l-omm żammet kunjomha xebba, jew ġenituri li mhux miżżewġin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend