Il-kirurgu Kevin Schembri jinħatar Acting CEO tal-Isptar Monte Carmeli – One News

Notifiki

Il-kirurgu Kevin Schembri jinħatar Acting CEO tal-Isptar Monte Carmeli

Il-kirurgu Kevin Schembri nħatar Acting CEO tal-Isptar Monte Carmeli b’mod immedjat wara li dan il-post ġie vakat mid-Deputat Parlamentari Clifton Grima. Kevin Schembri huwa resident specialist fil-cardiothoracic surgery fl-Isptar Mater Dei.
Schembri gradwa fil-mediċina mill-Università ta’ Malta fl-1992. Huwa ngħata fellowship mir-Royal College of Surgeons of Edinburgh fl-1999; fl-2004 ingħata fellowship mill-European Board of Thoracic and Cardiovascular Surgeons. Kevin Schembri kiseb Maġisteru fl-Arti mill-Università ta’ Malta fl-2009, filwaqt li fil-preżent qed jaħdem fuq PhD fil-ġenetika fl-Università ta’ Malta.

L-avukat Clifton Grima, li kien ilu jokkupa l-kariga sa mill-2014, irriżenja wara li ġie elett fil-Parlament Malti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend