“IL-KRITIKA DARET”: issa m’għadhomx jikkritikaw l-IIP innifsu – One News

Notifiki

“IL-KRITIKA DARET”: issa m’għadhomx jikkritikaw l-IIP innifsu

  • Ir-rapport annwali tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment (IIP) se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Owen Bonnici assigura lill-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi li dan se jkun fih kif kull ċenteżmu li daħal mill-programm ġie mqassam, fid-diversi fondi skont kif kien tħabbar meta ġie varat il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Il-maġġoranza tas-somma miġbura – €310 miljun sal-aħħar ta’ Settembru – marru fin-National Social and Development Fund waqt li persentagg marru fil-Fond Konsolidat.

Qabel, id-deputat kap tal-oppożizzjoni Mario de Marco talab lill-Ministru jikkonferma jekk bil-flus li daħlu sax imqar proġett wieħed. Il-Ministru qal li llum kulħadd qed jieħu l-affarijiet for granted għax permezz ta’ dan il-programm – l-uniku wieħed li għandu l-barka tal-Kummissjoni Ewropea – Malta kienet qed tibbenefika.

Fakkar li meta ħareġ il-programm, il-gvern speċifika li l-fondi ġenerati minnu kienu se jitħaddmu minn bord ta’ gvernaturi, li llum iċ-ċermen tiegħu huwa David Curmi.

Il-Ministru Bonnici qal li issa l-kritika tal-Oppożizzjoni daret: m’għadhiex dwar il-programm innifsu iżda għax trid tara li dal-flus iriduhom jintefqu malajr. Huwa assigura lill-Kamra li l-flus se jiġu amministrati bl-aktar mod trasparenti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. “Qtajnilhom nifishom” Dan il-heading nixtieq li jitpogga fuq front page tal-Kullhadd. Dan ghax tant ghaddejjin naghmlu tant xogholijiet u progetti mhabbra ta kuljum. Grazzi.

  2. “Qtajnilhom nifishom” Dan il-heading nixtieq li jitpogga fuq front page tal-Kullhadd. Dan ghax tant ghaddejjin naghmlu tant xogholijiet u progetti mhabbra ta kuljum. Grazzi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend