120 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja jinsabu Malta għal għan speċifiku… | One News

Notifiki

120 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja jinsabu Malta għal għan speċifiku…

Pajjiżna qed jospita il-ħdax-il edizzjoni tal-International Youth Fair.

Din qed tkun organizzata f’pajjiżna minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ EUPA permezz ta’ fondi ta’ Erasmus+.  Din l-attività bit-titlu #readyfortheroad qed tlaqqa’ flimkien 120 youth worker minn 36 pajjiż fl-Ewropa u l-Mediterran.

L-attività għandha l-għan li tikreja għodod għas-solidarjetà u l-inklużjoni sabiex il-youth workers jkollhom għodod innovattivi sabiex jużawhom maż-żgħażagħ. Tool Fair XI – #Readyfortheroad għandha tipprovdi ambjent stimulanti u proattiv li fih il-parteċipanti jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jinteraġixxu u jiddiskutu, u jaqsmu għodod u l-prattiki tax-xogħol.

Din hija attività li qed issir fil-Commonwealth Youth Work Week.  Minbarra din l-International Tool Fair qed isiru bosta attivitajiet oħra sabiex Malta wkoll tingħaqad mal-pajjiżi l-oħra fi ħdan il-Commonwealth u tiċċelebra din il-ġimgħa.  Fost l-oħrajn qed isir supervision course, ilbieraħ kien iffirmat memorandum of understandingsabiex l-istudenti li qed jieħdu l-kors tal-youth work ikunu jistgħu jkollhom prattika.  Intant għada l-Youth Village ta’ santa Venera jospita Festa San Martin fejn l-organizzazzjonijiet non-governattivi ser ikunu qed jtellgħu stands bix-xogħlijiet tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt iż-żjara tiegħu fl-International Tool Fair qal li din hija attività oħra bi preparazzjoni għal ftit xhur oħra meta Malta tospita l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.  Fil-fatt Malta ser tkun qed tospita diversi konferenzi relatati mas-settur taż-żgħażagħ, fosthom il-European Youth Sports Forum u l-European Youth Conference.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend