Studenti tal-Università b’opportunità fid-dinja tax-xogħol – One News

Notifiki

Studenti tal-Università b’opportunità fid-dinja tax-xogħol

L-Università ta’ Malta, iffirmat ftehim mal-Aġenzija Żgħażagħ. Iż-żewġ Partijiet qablu li l-inizzjattivi kollaborattivi kollha li jitwettqu minnhom fil-kuntest ta’ dan il-Memorandum ikunu ggwidati mill-għanijiet u strateġiji tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ Lejn l-2020.

Permezz ta’ dan il-ftehim istudenti li qed isegwu kors ta’ Baċċellerat fl-istudji taż-Żgħażagħ u l-Komunitá se jkunu qed jibbenefikaw minn aktar għajnuna li se tkun qed tipprovdi l-Aġenzija Żgħazagħ.

Għaxar studenti li qed isegwu dan il-kors se jkunu qed jingħataw ukoll l-opportunitá li jitħarrġu permezz ta’ placements flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan il-ftehim. Huwa spjega li l-aqwa edukazzjoni hija meta l-Universitá tidħol anke fid-dinja tax-xogħol, bl-istudenti jitgħallmu dak li se jkun mitlub minnhom fuq il-post tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend