Farage iwissi: jew Brexit, jew jaf ikun hemm vjolenza fit-toroq | One News

Notifiki

Farage iwissi: jew Brexit, jew jaf ikun hemm vjolenza fit-toroq

Nigel Farage wissa li jista’ jkun hemm vjolenza fit-toroq Ingliżi jekk Brexit ma jseħħx.

Huwa kien qed jiddibatti ma’ Gina Miller fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi. Miller, li qed tmexxi l-battalja legali kontra Brexit, insistiet li l-mexxej tal-Ukip messu jkun l-ikbar ‘fan’ tagħha għax il-każ li ressqet quddiem il-Qorti Suprema wassal biex il-poter reġa mar lura għand il-Parlament.

Iżda Faraga weġibha billi qal li jaf ikun hemm min jinżel fit-toroq f’rabja jekk ma jkunux implimentati x-xewqat ta’ dak li l-poplu ivvota għalih. “Liema parti mill-kelma ‘itlaq’ ma tifhimx?” saqsiha, meta fl-isfond hemm il-possibiltà legali li l-pjan li tixtieq twettaq Theresa May ikun imxekkel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend