F’Malta aktar minn 30,000 persuna għandhom id-dijabete – One News

Notifiki

F’Malta aktar minn 30,000 persuna għandhom id-dijabete

Aktar minn 30,000 persuna għandhom il-kudizzjoni tad-dijabete f’pajjiżna. Dan qalu l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne f’attivita organizzata mil-Assoċjazzjoni Maltija għad-dijabete.

F’din l-attivitá l-Ministru faħħar il-ħidma li qed tagħmel din l-assoċjazzjoni biex tkompli tiżdied il-kuxjenza dwar din il-kundizzjoni filwaqt li fakkar li d-dijabetiċi f’Malta se jkunu qegħdin igawdu minn aktar servizzi.

Fost oħrajn, il-Ministru għas-Saħħa qal li permezz tal-Pjan Nazzjonali għad-Dijabete, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, id-dijabetiċi, minn din is-sena bdew igawdu minn mediċini ġodda fuq il-formularju għal Gliptins u Repaglinide.

Il-Ministru Fearne semma’ wkoll kif wara l-introduzzjoni ta’ sticks b’xejn biex tkun ċċekkjata d-dijabete tip 1, bdew jingħataw lit-tfal sa taħt it-18-il sena minn din is-sena. Min-nhar it-Tnejn din l-iskema se tkun estiża għal dawk kollha li jbatu bid-dijabete tip 1 irrespetivament mill-età.

“Dan kollu kien fil-Pjan Nazzjonali għad-Dijabete li ġie ppubblikat f’Diċembru li għadda. Is-sena li ġejja se nkunu qegħdin nestendu l-isticks b’xejn għal dawk li jbatu bid-dijabete tip 2, u li qegħdin fuq l-insulina,” qal il-Ministru Fearne.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend