Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer – One News

Notifiki

Maltin ifittxu “bomba intelliġenti” kontra l-kanċer

Riċerkaturi, fosthom Maltin, qed iwettqu riċerka dwar trattamenti ġodda għall-kanċer, bil-għan li iktar pazjenti jirbħu l-battalja kontra l-marda qerrieda.

Għall-ewwel darba, iċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo organizza konferenza nazzjonali dwar l-onkoloġija, fejn professjonisti tkellmu dwar il-kanċer u kif jistgħu itejbu s-servizzi mogħtija lill-pazjenti morda.

Intqal li madwar id-dinja wieħed minn kull żewġ pazjenti bil-kanċer ifiq. Il-konsulent fil-ġenetika, Christian Scerri, spjega li l-għan hu li dan in-numru jitla’ għal tlieta minn kull erba’.

“Li qed nagħmlu bħalissa fl-studju hu li nsibu x’fih eżatt dak il-kanċer, biex insibu trattament eżatt” stqarr magħna. Spjega li fil-mod kif jingħata t-trattament, bħalissa qisu qed jintefgħu bombi kullimkien fil-ġisem, ‘bħal zmien il-gwerra’. Issa jmiss li ‘nitfgħu bomba iktar intelligenti u li tmur eżatt fil-post fejn tridha’.

Scerri kien fost dawk li ħadu sehem fl-ewwel konferenza nazzjonali dwar il-kura tal-kanċer organizata miċ-ċentru tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Permezz ta’ din il-konferenza, professjonisti fil-qasam tal onkoloġija ingħaqdu flimkien biex ikomplu jtejbu is-servizz mogħti lill-pazjenti morda bil-kanċer.

Scerri spjegalna kif riċerka li turi li pazjenti li jingħataw mediċina personalizzata fit-trattament tagħhom jgħixu aktar .

Personalized medicine huwa metodu li inti isib l-kancer , tikkaraterizah kważi tgħid b’ismu x’inhu, u jkollok mediċina li hija eżatt għal dak l-isem. Jiġifieri jekk int għandek breast cancer A u għandek breast cancer B ġejjin minn żewġ persuni differenti, jista’ jkollhom bżonn trattamenti differenti” żied jgħid l-espert.

Appella biex filwaqt li ngħixu stil ta’ ħajja tajba,  nagħmlu t-testijiet neċessarji minn żmien għal żmien. Għax issir kemm issir riċerka, ħaġa waħda hi ċerta, li l-prevenzjoni tibqa’ aħjar mill-kura.

“Kull kanċer irridu nattakawh b’kull metodu. Nipprevjenu billi ngħixu stil ta’ ħajja tajba inaqqsu  x-xorb u t-tipjip. U naqbdu l-kanċer mill-bidu nett”.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca faħħret l-isptar tal-Onkolġija Sir Anthony Mamo li qd joffri ambjent dinjituza lill-pazjenti morda bil-kanċer.

Fuq kollox rringrazzjat ukoll lill-professjonisti tad-dedikazzjoni tagħhom mal-pazjenti morda bil-kanċer u l-qraba tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend