Ċans ta’ kastig għax jilbsu l-poppy! – One News

Notifiki

Ċans ta’ kastig għax jilbsu l-poppy!

L-assoċjazzjonijiet tal-football ta’ l-Ingilterra u l-Iskozja huma determinati li jisfidaw lill-FIFA li ma tridx li l-players jinżlu jilgħabu b’faxxa li fuqha jkun hemm stampata l-‘poppy’ meta ż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-11 ta’ Novembru għal-logħba tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li fih hemm ukoll Malta.

Il-peprina tfakkar dawk li mietu fl-ewwel gwerra dinjija iżda l-FIFA tgħid li ma tħalliex messaġġi politiċi, reliġjużi jew kummerċjali fuq il-footballers.

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li l-projbizzjoni hija assurda iżda s-segretarja ġenerali tal-FIFA, Fatma Samba Diouf Samoura, qalet lill-BBC li ż-żewġ assoċjazzjonijiet jirriskjaw li jitnaqqsulhom il-punti bħala kastig.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend