L-Oppożizzjoni tkompli tbeżża’: tinqeda b’reati li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika – One News

Notifiki

L-Oppożizzjoni tkompli tbeżża’: tinqeda b’reati li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika

Erġajna qed inkunu  xhieda ta’ irresponsabiltà min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-esponenti tagħha li qed ikunu negattivi u jinqdew b’inċidenti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika sabiex titnissel biża’ għalxejn fost il-pubbliku.

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qal li l-Oppożizzjoni qed terġa’ turi nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet tal-istituzzjonjiet, f’dan il-każ tal-Pulizija,  filwaqt li tipprova tnissel dubju fil-professjonalità li biha jaqdu dmirhom l-istess Pulizija.

Il-Gvern irid iserraħ ras il-poplu Malti, li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel ħiltu kollha u qed jieħu dawn l-investigazzjonijiet b’serjetà kbira.  Jekk l-Oppożizzjoni qed tippretendi li l-Gvern għandu jindaħal fix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun assigurat li mhux se jerġa’ jiġri l-istess.

Aktar kmieni l-Oppożizzjoni ħareġet stqarrija, fejn qalet li “l-inċidenti tal-aħħar ftit ġimgħat urew biċ-ċar illi fil-pajjiż illum hawn ċrieki ta’ kriminalità organizzata illi b’mezzi sofistikati qegħdin iħallu vittmi fit-toroq tagħna.”

Fl-istqarrija, Beppe Fenech Adami qal li “l-Gvern għandu jirreaġixxi bil-qawwa u bid-determinazzjoni kollha sabiex jinqabad min huwa l-moħħ wara dawn l-attentati serji ħafna u ssir ġustizzja”.

Il-Gvern wieġeb billi qal li jemmen li xogħol il-politiku m’għandux ikun li jallarma. Għaldaqstant mhuwiex se jintilef issemmi l-lista sħiħa ta’ delitti stil mafjużi li seħħew f’amministrazzjoni preċedenti u baqgħu mhux solvuti meta Dr Beppe Fenech Adami kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.

L-istqarrija ttem tgħid li hija verament ħasra li l-Oppożizzjoni qed tibbaża l-politika tagħha fuq kampanja ta’ biża’ u paniku u ddawwar f’logħob partiġjan, ċirkostanzi li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Mela nsew is-serje ta’ qtil stil mafjuz li sehh fi zmienhom? Il-PL qatt ma bezza’ bihom Jew Wahhabi fl-istituzzjonijiet. Il-PN hlief jaqa’ aktar fil- baxx mhux jaghmel. Min partit mitluf u ddisprat ma tista’ tistenna xejn ahjar!

  2. Did he forgot that under his father rule, his personal secretary RCC was attacked in Imdina and after all these years the case is not solved?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend