Kuntratt ta' tliet snin, imkeċċi wara tliet xhur | One News

Notifiki

Kuntratt ta’ tliet snin, imkeċċi wara tliet xhur

It-team Taljan Inter ħabbru li l-kowċ Olandiż Frank de Boer m’għadux il-kowċ tal-istess team, wara li kien maħtur f’din il-kariga ħamsa u tmenin jum ilu.

Temporanjament, il-coach ta’ Inter Primavera Stefano Vecchi se jieħu ħsieb it-taħriġ tal-istess team. Dan hekk kif il-Ħamis li ġej, Inter għandhom konfront delikat fil-kompetizzjoni Europa League kontra Southampton.

Fl-istqarrija, it-team Taljan irringrazzja lil de Boer u t-team tiegħu tal-ħidma f’dawn l-aħħar xhur, filwaqt li awguralhom għall-futur.

Din id-deċiżjoni ġabet sentimenti mħallta fost il-partitarji ta’ Inter.

Kien hemm min qal li de Boer ma ngħatax ċans biżżejjed biex jimplimenta s-sistema tiegħu, filwaqt li oħrajn qalu li l-Olandiż ma kienx qed juża sistema tajba għall-kampjonat Taljan u ma kienx qed juża l-plejers disponibbli sew.

Il-mistoqsija issa hija min se jkun il-coach li jmiss ta’ Inter. L-iktar li qed jissemma huwa Stefano Pioli, li bħalissa huwa l-coach ta’ Lazio. Persuni oħra li qed jissemmew huma Leonardo, Bielsa u Villas Boas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend