Jiltaqgħu l-iżviluppaturi u l-dawk kontra l-iżvilupp fl-ODZ | One News

Notifiki

Jiltaqgħu l-iżviluppaturi u l-dawk kontra l-iżvilupp fl-ODZ

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) kellhom laqgħa, unika tat-tip tagħha, mal-Front Ħarsien ODZ, fejn flimkien tkellmu dwar ir-rieda biex jindirizzaw sfidi ambjentali.

Iż-żewġ partijiet qablu li joħolqu working group sabiex jiddiskutu temi komuni li jaqblu fuqhom dwar l-ambjent.

Sandro Chetcuti, f’isem l-MDA, qal li jemmnu li l-ambjent u l-ekonomija huma katina u hemm punti li flimkien mal-Front Ħarsien ODZ jaqblu dwarhom. Fosthom li r-riklamazzjoni tal-art issir biss meta jkun hemm priorità nazzjonali. Qablu wkoll li l-iżvilupp fuq art ODZ m’għandux isir.

F’isem il-Front, Michael Briguglio qal li mhux kontra l-iżvilupp imma favur is-sostenibiltà. Qal li l-Front huwa favur ir-riġenerazzjoni urbana, u li jeħtieġ djalogu dwar il-masterplan ta’ Paceville. Front Ħarsien ODZ jemmnu li hemm bżonn masterplan ieħor nazzjonali, fid-dawl li Paceville stess huwa konness ma’ ħafna lokalitajiet oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend