“L-investigazzjoni għandha ssir fuq Malta” – Il-Federazzjoni tal-futbol tal-Litwanja – One News

Notifiki

“L-investigazzjoni għandha ssir fuq Malta” – Il-Federazzjoni tal-futbol tal-Litwanja

Kelliem għall-Federazzjoni tal-football tal-Litwanja qal li “Aħna sirna nafu dwar din il-kwistjoni, ftit jiem qabel il-partita Litwanja kontra Malta, dan wara l-kummenti li għamlet il-Federazzjoni Maltija tal-football.” Dan b’referenza għall-investigazzjoni li qed tagħmel il-FIFA b’rabta ma tixħim fil-logħba Litwanja – Malta, partita ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja.

“Ma saret l-ebda referenza mill-FIFA li kien hemm l-involviment ta’ uffiċjali jew plejers mit-tim tagħna. Nittamaw li r-riżultat tal-investigazzjonijiet jiġu konklużi malajr mill-awtoritajiet rilevanti. ” Il-kelliem għat-tim tal-Litwanja qal li l-investigazzjoni għandha ssir fuq Malta u li din mhux problema tagħhom.

Fuq il-programm Pjazza, il-president tal-MFA qal li “saret xi ħaga li kemm ili fil-football qatt ma rajtha”. Dan b’referenza għall-fatt li għaxar minuti qabel ħargu l-players fil-pitch għall-logħba Malta kontra l-Litwanja, daħal delegat fiċ-changing rooms jgħid lill-players li kien informat b’tixħim.

Darmanin Demajo qal “meta smajt b’dan l-inċident irrabjajt ħafna għax m’għandek qatt u qatt tidħol fid dressing room meta l-players iffokati”. Qal li talab rapport lill-UEFA u lill-FIFA, li għandhom żewġ kumpanii differenti li jimmoniterjaw il-logħob.

Il-UEFA diġa’ bagħtet l-analiżi tagħha u kkonkludiet li kien hemm betting li baqa’ sejjer sal-aħħar biex l-iskor baqa’ 2-2. Ir-rapport tal-FIFA għadu ma wasalx, iżda l-MFA se tara l-evidenza u imbagħad, fi kliem id-Dede, “assolutament se niftħu investigazzjoni”.

FIFA kelmet ukoll il-plejers tal-Litwanja qabel il-logħba kif ukoll ir-referee. F’din il-partita Malta tilfet  2-0 kontra l-Litwanja fil-11 ta’ Ottubru.

Il-Betting jindika li miljuni ta’ imħatri saru qabel bdiet il-logħba u matul il-partita li pajjiżna kien se jitlef b’żewġ gowls jew aktar.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend