Superheroes f'Mater Dei | One News

Notifiki

Superheroes f’Mater Dei

Ħmistax –il żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn it-18 u s-26 sena, membri tal-Mosta Scout Group, kienu r-raġġ ta’ dawl f’sitwazzjonijiet xejn sbieħ ta’ tfal morda li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei.
Huma libsu ta’ superheroes – karattri magħrufa ma’ kulħadd għall-kuraġġ, bħall-Superman, Spiderman, Wonderwoman, Robin u Batman.
B’dawn il-kostumi, niżlu abseiling mal-ħitan tal-Isptar, biex iferrħu lit-tfal rikoverati fl-iswali ta’ Disneyland, Fairyland u Wonderland.
Wara li xejru lit-tfal huma u neżlin, iż-żgħażagħ daħlu fis-swali u komplew b’dil-missjoni biex iferrħu liċ-ċkejkin.

Sean Bartolo, ta’ 21 sena li għal-lum kien Robin, kellu dan il-messaġġ x’jaqsam mal-qarrejja tagħna. “Sodisfatti mmens. Tbissima fuq wiċċ it-tfal hija biżżejjed għalina biex attività bħal din terġa’ ssir, għaliex wara kollox l-għan tagħna fl-iScouts huwa biex nibnu dinja aħjar.”

heroestwo

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend