Pineapple Pen – GUINNES WORLD RECORD – One News

Notifiki

Pineapple Pen – GUINNES WORLD RECORD

Pikotaro, il kummidjant Ġappuniż u kantant tal-hit ‘PPAP’ kien uffiċjalment rikonoxxut mill-Guiness World Records waqt ċerimonja f’Tokjo. Dan għas-suċċess kbir li għamlet il-kanzunetta fiċ-charts internazzjonali.

PPAP (Pen-Pineapple-Apple Pen), hija uffiċjalment l-iktar diska qasira li qatt daħlet fil-Billboard Hot 100. Id-diska fiha 45 sekonda u sabet ruħha fiċ-charts Amerikani nhar id-29 ta’ Ottubru 2016.

Il-video rawh aktar minn 67 miljun darba minn meta kien ippublikat fuq YouTube f’Awwissu. Għen fil-popolrità Justin Bieber, li ddikjara li huwa l-aktar video favorit tiegħu fuq l-Internet, f’post li għamel fuq Twitter.

Il-video ma swiex aktar minn €860 biex sar u fih Pikotaro jidher jiżfen għal diska li ma tagħmel ebda sens.

Waqt li kien preżentat il-premju minn rappreżentanti tal-Guiness World Record, Pikotaro kanta silta qasira mid-diska – għalkemm bilfors qasira kellha tkun!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend