Fl-Italja jogħlew… – One News

Notifiki

Fl-Italja jogħlew…

Filwaqt li kienet evitata, għall-inqas għall-2017, iż-żieda fil-VAT, mill-ewwel ta’ Jannar mistennija żieda fil-prezz tal-petrol u tad-diesel fl-Italja.

 

Iż-żieda mistennija tkun ta’ madwar nofs ċenteżmu tal-ewro kull litru. Dan kuntrarju għal dak li qed jiġri f’pajjiżna, fejn il-prezzijiet tal-fuel baqgħu stabbli dan is-sajf sal-aħħar ta’ Settembru. F’Ottubru, għall-11–il darba f’din il-leġislatura, reġgħu raħsu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, filwaqt li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt żdied b’6%.

Filwaqt li dan il-Gvern daħħal l-istabbilità għall-familji u n-negozji, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinsisti li mmorru lura għas-sistema ta’ Austin Gatt, fejn jekk jgħollew il-prezzijiet minn barra jgħolla l-prezz Malta u jekk jorħos il-prezz barra, xorta jgħola f’Malta.

Irrispettivament mis-suq internazzjonli,l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll il-prezz tal-fuel f’Malta se jibqa’ rħis.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend