4,000 pazjent jieħdu servizz mill-Pain Clinic fl-2015 – One News

Notifiki

4,000 pazjent jieħdu servizz mill-Pain Clinic fl-2015

Matul is-sena li għaddiet kien hemm 4,000 pazjenti li ħadu servizz mill-Pain Clinic tal-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru Fearne spjega kif pazjenti li jbatu minn uġigħ rikorrenti bħalissa qed jingħataw appuntamenti fil-Pain Clinic fi żmien tliet xhur jew anqas filwaqt li dawk il-pazjenti li jkollhom uġigħ qawwi qed jingħataw appuntamenti fi żmien ġimgħa minn meta jkunu riferuti mit-tabib tagħhom.

Semma’ wkoll is-servizz taċ-Chinese Clinic li tinsab f’Mater Dei fejn tobba Ċiniżi jittrattaw uġigħ bi trattamenti tradizzjonali li joriġinaw minn pajjiżhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend