ILLIBERATI; kienet prassi li kienet ilha sseħħ fi żmien Gvern preċedenti – One News

Notifiki

ILLIBERATI; kienet prassi li kienet ilha sseħħ fi żmien Gvern preċedenti

Kienu illiberati minn kull akkuża Peter Mercieca, li kien imexxi l-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex, u uffiċjal ieħor Adeodato Spi­teri. Dawn kienu qed jiffaċċaw għaxar akkużi ta’ abbużi, fosthom li Mercieca kien jiffirma għax-xogħol f’isem sieħbu, waqt li dan kien għal vaganza fl-Awstralja.  Dan bejn tmiem l-2008 u l-bidu tal-2009.

Fil-Qorti ntqal li l-attendance sheets li kienu jintbagħtu lis-sezzjoni tas-salarji ma kinux jirriflettu ċ-change of duties, u dan għaliex kien joħloq problema mas-sezzjoni tas-salarji meta kienu jinħadmu l-pagi.

Din is-sistema fejn iċ-change of duties ma kinux jiġu riflessi fir-roster kienet tintbagħat mill-imputat Peter Mercieca lis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Qorti osservat li ma jirriżultax li din il-prassi ħoloqha l-imputat, iżda kienet ilha fis-seħħ u li kienet issir bil-kunsens tas-superjuri tiegħu.

L-Awditur Ġenerali kien ġibed l-attenzjoni dwar il-fatt li ċ-change of duties ma kinux ikunu mniżżla fuq il-formola tal-attendenza. Saħansitra nħarġet standing order, li tikkonferma li fil-perjodu inkriminat ma kienux ikunu mniżżla ċ-change of duties kif suppost.

Kien biss aktar tard li bdew jiddaħħlu miżuri biex dawn iċ-change of duties ikunu regolati billi tintalab awtorizazzjoni bil-miktub u jkunu recorded bil-kitba u mhux bil-fomm jew fuq black board u wara ma jinżamm record ta’ xejn. Prassi komuni fi żmien amministrazzjoni preċedenti.

Għal Mercieca deher l-avukat Joe Giglio, u għal Spiteri l-avukat Charlon Gouder.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend