Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-privat: tinħoloq il-fondazzjoni Education Malta – One News

Notifiki

Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-privat: tinħoloq il-fondazzjoni Education Malta

Education Malta hija Fondazzjoni li nħolqot bi ftehim bejn il-Gvern Malti u s-settur privat. Il-fondazzjoni se taħdem fuq inizjattivi għall-proġetti ġodda fil-qasam edukattiv, bil-għan li tattira lejn Malta iktar investiment barrani.

Education Malta se taħdem mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-formazzjoni ta’ diversi policies li għad iridu jittieħdu fis-settur edukattiv.

Dan filwaqt li tagħti l-opportunità lil studenti Maltin u Għawdxin jimirhu u jħarsu lejn esperjenzi ta’ studju barra minn xtutna.

Esperjenza li mhux biss tgħinhom jiffurmaw il-ħiliet u l-kapaċitajiet edukattivi tagħhom, iżżda li eventwalment twassalhom biex isibu mpjieg ta’ kwalità. Wara ħidma konġunta bejn diversi entitajiet fuq numru ta’ xhur, Education Malta se tkun biss ħolqa minn katina t’inizjattivi li qed jittieħdu biex pajjiżna jattira dejjem iżjed investiment barrani.

education-malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend