Infermiera akkużata bi qtil ta' tmien anzjani | One News

Notifiki

Infermiera akkużata bi qtil ta’ tmien anzjani

Infermiera Kanadiża qed tiġi akkużata bil-qtil ta’ tmien residenti f’dar tal-anzjani bejn l-2007 u l-2014.

Elizabeth Tracey Mae Wettlaufer, li għandha 49 sena, tressqet il-Qorti mill-Awtoritajiet Kanadiżi, akkużata li vvelenat residenti li kellhom bejn 75 u 90 sena.

Il-Pulizija ta’ Woodstock kienet irċiviet informazzjoni dwar dan il-każ fid-29 ta’ Settembru, li finalment wassal għall-arrest tagħha. Il-Pulizija ma ddiskutitx mal-midja x’kien il-ħsieb wara dawn l-omiċidji hekk kif din l-informazzjoni taf tħalli impatt fuq il-proċess ġudizzjarju.

Il-vittmi tal-qtil huma James Silcox ta’ 84 sena, Maurice Granat ta’ 84 sena, Gladys Millard ta’ 87 sena, Helen Matheson ta’ 95 sena, Mary Zurawinski ta’ 96 sena, Helen Youn ta’ 90 sena, Maureen Pickering ta’ 79 sena filwaqt li l-aħħar vittma kien Arpad Horvath ta’ 75 sena li kienu residenti fid-dar tal-anzjani Caressant.

Kienu bosta l-familjari, li ħasbu li l-għeżież tagħhom kienu mietu, mewta naturali u kienu ixxukjati meta semgħu l-aħbar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend