"Huwa post sodisfaċenti" – Tenishia | One News

Notifiki

“Huwa post sodisfaċenti” – Tenishia

Ftit tal-jiem ilu ħarġet l-aħbar li Tenishia ma kklassifikax mal-ewwel mitt DJ fil-lista popolari madwar id-dinja DJ Mag Top 100.

Fil-fatt, Tenishia ġie fil-110 post.

F’kummenti ma’ One News, Joven Grech sostna li meta wieħed iqies li din kienet sena li fiha Tenishia rat bidu ġdid filwaqt li ma kienx hemm diski ġodda, il-post miksub huwa pjuttost sodisfaċenti.

Joven Grech wasal lura f’pajjiżna ftit tas-sigħat ilu, hekk kif fost l-iktar impenji riċenti tiegħu, daqq fil-Brixton Academy f’Londra waqt id-DJ Mag Top 100. Party li fih daqqew miegħu artisti bħal Armin van Buuren, Markus Schulz, W&W u Tom Swoon.

Id-DJ Malti, li bħalissa qed jikseb ħafna popolarita fil-kontinent Asjatiku, sostna li dan ir-riżultat miksub huwa turija li dak li jkun qatt m’ għandu jaqta qalbu, minkejja ċ-ċirkostanzi.

Ċirkostanzi li, għal Joven, kienu li jibda jġorr isem Tenishia waħdu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend