€50 multa jekk issuq u tpejjep fil-karozza bit-tfal – €50 anke jekk ma tkunx qed issuq | One News

Notifiki

€50 multa jekk issuq u tpejjep fil-karozza bit-tfal – €50 anke jekk ma tkunx qed issuq

Dalgħodu ġiet imnedija kampanja kontra t-tipjip fil-karozza, bit-tema “You smoke…they smoke”. Din kienet miżura mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla. 
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f’Novembru se jkun ippublikat avviż legali li ma jippermettix lil adulti jpejjpu fil-preżenza ta’ minuri – tfal ta’ taħt is-sittax-il sena. Jekk jiġri dan, wieħed jeħel multa ta’ €50.
Jekk mintix ix-xufier iżda tpejjep fil-karozza, jeħel €50 multa ix-xufier, u inti teħel €50 oħra.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend