"Żagħżugħ avventuruż u jħobb lil familtu" – Bosta jattendu l-funeral ta' Ludovick Casha | One News

Notifiki

“Żagħżugħ avventuruż u jħobb lil familtu” – Bosta jattendu l-funeral ta’ Ludovick Casha

Numru kbir ta’ qraba u ħbieb kienu preżenti għal funeral ta’ Ludovick Casha, missier ta’ 27 sena li tilef ħajtu waqt li kien qed jipprattika d-delizzju tiegħu, tal-għaddis. Is-silenzju waqt il-quddiesa li tfakkar il-memorja ta’ dan il-ġuvni jixhed is-swied il-qalb fost dawk preżenti.

Il-qraba u ħbieb fakkru l-enerġija li kellu Ludovick u l-imħabba lejn id-delizzju tiegħu. Il-qassis iddeskriva lil dan il-missier bħala wieħed avventuruż u li kien iħobb ħafna lil familtu.

funeral

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend