llum għall-ħabta tal-erbgħa u għaxra (1610hrs), Għawdxi ta’ 63 sena residenti x-Xagħra tilef ħajtu. L-inċident seħħ fi Triq il-Fenek, l-Għasri, Għawdex. Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li filwaqt li Ford Cargo kien nieżel fi propjeta’ privata li hemm fl-imsemmija triq għal xi raġuni l-kabina għoliet u spiċċat ġo ħajt.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.