Rebħa storika u rekord għat-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby | One News

Notifiki

Rebħa storika u rekord għat-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby

It-tim nazzjonali Malti kellu bidu impressjonanti ghal Kampjonati Ewropej, fl-istadju ta’ kwalifikazzjoni, meta għeleb lill Andorra bl-iskor kbir ta’ 63-15. Dan huwa skor rekord għal pajjiżna f’din id-dixxipplina.

Kienet wirja tajba ta’ l-intenzjonijiet Maltin taħt il-kowc Damian Neill fil-Conference South. Fir-ritratt esklussiv għal One News, il-plejers jidhru jiċċelebraw, u bir-raġun!

 James Kirk kien l-aqwa plejer ghal Malta, hu ghamel xejn anqas minn tliet tries. James Morris kien sostitut tajjeb għal James O’Brien u skorja xejn anqas minn 18-il punti, f’partita bla preċedent.


It-tim Malti kien kompletament superjuri għal Andorra, fejn il-logħob mgħaġġel tat-tim lokali xejjen lid-difiza tal-Andorra.

Il-Maltin skorjaw erba’ tries fl-ewwel taqsima permezz ta’ Kirk, Tom Holloway u Dan Apsee, b’ Morris iżid 12-il punt b’konverżjonijiet preċiżi, hekk kif Malta daħlet fl-intervall b’vantaġġ ta 32-3.

Fil-bidu tat-tieni taqsima kien hemm rimonta żgħira mit-tim tal-Andorra, iżda l-Maltin komplew jiskurjaw permezz ta’ Kirk, Toby Quarendon (2), Holloway u Luke Watts għal rebħa kbira.

Nhar is-Sibt, Malta tiltaqa’ kontra Ċipru fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fil-Hibernians Stadium ta’ Kordin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend