BIL-FILMAT: L-IVF tatha s-sodisfazzjoni li ssir omm – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-IVF tatha s-sodisfazzjoni li ssir omm

F’ONE News Breakfast, f’intervista esklussiva, smajna dwar l-esperjenza li ssir omm permezz ta’ dan is-servizz li f’Malta qed ikun offrut f’Mater Dei. Is-servizz ta’ IVF b’xejn f’Mater Dei daħal is-sena li għaddiet u qed jibdel għall-aħjar il-ħajja ta’ nies.

“Koppji bi problemi ta’ infertilitá jaffaċjaw sfidi kbar. Sfidi fil-ħajja soċjali tagħhom iġifieri, finanzjarja…hija proċess li jista’ jkisser familja, jista’ jkisser koppja. Hija xi ħaġa li sfortunatament ma tistax titkellem fuqha bħal meta tkun marida b’marda oħra bħal donnha taboo”

Kien dan kliem Amanda Briffa li għaddiet minn din l-esperjenza, u permezz tal-IVF minn Mater Dei issa għandha tarbija ta’ erbgħa xhur. Briffa bdiet il-vjaġġ tagħha madwar seba’ jew tmien snin ilu, meta hi u żewġha pruvaw ikollhom l-ulied. Wara li t-tentattivi, anke bl-għajnuna ta’ numru ta’ trattamenti, fallew, kellhom jirrikorru għall-IVF barra minn xtutna. Proċess li jiswa madwar €15,000.

Għaldaqstant l-introduzzjoni tas-servizz tal-IVF b‘xejn għamel differenza lil mijiet ta’ koppji, li issa jagħmlu l-IVF f’pajjiżna, u jħallsu biss għat-trattament. Proċess li fi kliem l-omm xorta waħda jista’ jinvolvi kumplikazzjonijiet. Filfatt Amanda kellu jkollha tewmin, u tilfet tarbija minnhom.

Issa li għaddiet mill-esperjenza kellha żewġ appelli: lill-Awtoritajiet biex jidaħħal leave speċjali għal dawk li jkunu għaddejjin mill-proċess intensiv tal-IVF, u lill-pubbliku biex jitkellem dwar il-problemi ta’ fertilità u ma nqisuhomx bħala taboo.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend