Kura dentali bla ħlas għal pazjenti dijabetiċi – One News

Notifiki

Kura dentali bla ħlas għal pazjenti dijabetiċi

Sabiex tiġi miġġielda l-problema tad-dijabete, permezz ta’ miżura mħabbra fil-baġit, se jiġu introdotti mediċini ġodda fil-formolarju tal-Gvern kif ukoll insulini ġodda.

Il-Gvern se jkun qed jagħti ukoll b’xejn glucose sticks għal min ibati mid-dijabete Type 1 u Type 2.

Wara li fl-2012, Gvern preċedenti, naqqas il-benefiċċji lil pazjenti bid-dijabete, fl-2017 se jiġu introdotti aktar benefiċċji għal dawn il-persuni.

Pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw :

  • Minn kura dentali bla ħlas
  • Sussidju fuq in-nuċċalijiet
  • Aċċess għal antibijotiċi b’xejn
  • Kif ukoll kura kontra z-zokkor
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend