Ħabs wara li provaw "jixtru" lil Eboh…eku ta' Naxxar kontra l-Gżira | One News

Notifiki

Ħabs wara li provaw “jixtru” lil Eboh…eku ta’ Naxxar kontra l-Gżira

Ċertu Ronnie Mackay weħel sena u nofs ħabs fuq każ ta’ fejn ma’ persuna oħra prova jxaħħam plejer biex jilgħab ħażin fil- logħba bejn Naxxar u Gżira, li tmur lura għas-sena 2012.

Dan mhux l-uniku każ ta’ allegat koruzzjoni fil-futbol li fih jissemma Mackay. B’rabta mal-istess każ, ċertu Chris Briffa ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin.

Mix-xhieda fil-qorti rriżulta li Frans Tabone, Integrity Officer mal-Malta Football Association, kien irċieva telefonata mingħand il-President tan-Naxxar Lions Football Club u nfurmah li player tal-club, Sunday Eboh, kien sarlu tentattiv biex jigi korrott.

Intqal li Eboh kien determinat li jikxef dan l-aġir minn ċertu Chris Brincat u Ronnie Mackay u l-każ għadda lil Pulizija. Għalkemm MacKay ma kienx għadu attiv, dan kien baqa’ jidher fuq il-lista mal-MFA.  L-Ispettur Melvyn Camilleri xehed li kien infurmat minn Frans Tabone li player tan-Naxxar Lions kien gie avvicinat u offrut flus biex jilgħab ħażin fil-logħba li n-Naxxar kien se jkollhom ma’ Gżira. Eboh spjega li kien ċempillu certu Jermain Brincat, li kien jilgħab miegħu, u ftehmu li jiltaqaw Gwardamangia.

Iżda meta mar fuq il-post ma sabx lil Jermain iżda persuna li qaltlu li kien hu Jermain, l-imputat Chris Brincat, liema persuna Eboh ma kienx jafha. Eboh spjega li hu kien saqsa lill-imputat Brincat jekk kienx intbaghat minn persuna oħra u Brincat wiegbu billi qallu “li kien gej persuna oħra dak il-ħin biex jispjegalu l-affarijiet fid-dettall.”

Meta wasslet din il-persuna, Eboh staqsieh x’kienet ir-raġuni tal-laqgħa u jekk kellhomx x’jaqsmu mal-President tal-Gżira.

“Qallu li l-President tal-Gzira ried li jirbħu l-punti, però ma kellux x’jaqsam. Żied li kien qed joffrilu l-flus għax jilgħab bħala difensur”.

Sunday Eboh kien staqsieh kienx hemm players oħra involuti, però l-persuna l-oħra [Mackay] qallu li sa dak il-ħin għad m’hemm ħadd, però talbu li jekk jaf lil xi ħadd li jistghu ituh il-flus biex jilgħab għan-nom taghhom, dan kellu jghidlu biex imbaghad jikkuntatjawh huma.”

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend