€55,000 kumpens lil lukanda f’Għawdex – One News

€55,000 kumpens lil lukanda f’Għawdex

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet ordnata tħallas ħamsa u ħamsin elf ewro lill-lukanda f’Għawdex wara ħsarat estensivi f’sala tal- Grand Hotel f’Għajnsielem. Il-Ħsarat kienu riżultat ta’ maltemp li kien dannu għas-sistema tad-drenaġġ f’ Għawdex.

Is-Sidien tal-lukanda qalu fil-Qorti t’Għawdex li kien ilhom iwissu lill-Korporazzjoni biex jagħmlu intervent fis-sistema tad-drenaġġ minħabba l-bini ta’ appartamenti ġodda fl-inħawi. Dan filwaqt li fakkru ukoll li meta fl-elfejn u ħamsa kienet saret spezzjoni tas-sistema, il-lukanda ma ħadet ebda kumpens ta’ ħsarat li ġarrbet minħabba li din is-sistema ma kinitx tajba biżżejjed.

Espert li deher fil-qorti studja l-ħsarat fis-sala fil-lukanda li jammontaw għal ħamsa u ħamsin elf ewro, iżda l-Qorti ċaħħdet it-talba tal-uffiċċjali tal-lukanda li jingħataw kumpens apparti tal-profitt li tilfu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend