Raġel mil-Litwanja li għandu 56 sena, sofra ġrieħi gravi wara li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq dgħajsa tas-salvataġġ f’vapur, meta għal xi raġuni din waqgħet bih fil- baħar. Minkejja, l-waqa’ ta’ għoli ta’ madwar erba’ sulari, ir-raġel baqa f’sensih. Sorsi li tkellmu ma’ ONE NEWS qalu li l-inċident seħħ waqt li r-raġel kien għaddej b’xogħlu fuq l-istess vapur.
Ir-raġel ittieħed fuq l-art bl-għajnuna ta’ tug boat fejn imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei, iżda ingħata l-assistenza medika minn tim mediku fuq dgħajsa żgħira. Sorsi li kienu fuq il-post qalu li r-raġel sofra xi ġrieħi f’rasu.
Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.