Il-Kurja ħabbret tliet kappillani u arċipriet ġdid.
Dun Lino Azzopardi nħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Luċija, l-Imtarfa. Din il-parroċċa tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’730 familja.
Dun Denis Schembri hwua kappillan ġdid tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Manikata, liema parroċċa tal-Manikata tiġbor fiha madwar 720 persuna f’200 familja.
Dun Sebastian Caruana nħatar arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, il-Mosta, li fiha madwar 19,000 persuna f’6,300 familja.
U Patri Carmelo Aquilina issa huwa kappillan tal-Parroċċa tat-Trinità Qaddisa, il-Marsa, li tiġbor fiha madwar 2,600 persuna f’1,100 familja.