Ftehm 'monumentali' bejn 150 pajjiż | One News

Notifiki

Ftehm ‘monumentali’ bejn 150 pajjiż

Aktar minn 150 pajjiż qablu li jaqtgħu l-użu tal-gassijiet serra – li bihom qed tkompli tisħon it-temperatura tad-dinja.

Dan il-ftehim, deskritt bħala “monumentali”, huwa l-ewwel wieħed li qed jara daqstant pajjiżi jaqblu fuq din is-sitwazzjoni.

B’dan il-ftehim se jiġu eliminati dawk magħrufa bħala HFCs – li jintużaw l-aktar fi fridges, arja kkundizzjonata, u f’tipi ta’ sprays, u l-pajjiżi sinjuri jridu jagħmlu dan sal-2019.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry iddeskriva l-ftehim bħala pass kbir ’il quddiem li jindirizza l-bżonnijiet tal-pajjiżi b’mod individwali.

Il-ftehim se jara ekonomiji sinjuri bħall-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jibdew inaqqsu l-HFCs fi ftit snin – u sal-2019 iridu jnaqqsuhom b’10%.

Pajjiżi bħaċ-Ċina imbagħad iridu jnaqqsu l-użu ta’ dawn il-gassijiet tal-elfejn u erbgħa u għoxrin, filwaqt li pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw bħall-Indja u l-Pakistan, iridu jnaqsuhom sal-2028.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend