Dar il-Kaptan tingħata l-Premju Ewropew taċ-Ċittadin f’Brussell – One News

Notifiki

Dar il-Kaptan tingħata l-Premju Ewropew taċ-Ċittadin f’Brussell

Individwi u organizzazzjonijiet minn madwar l-Ewropa marru fil-Parlament Ewropew f’Brussell nhar it-12 ta’ Ottubru għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Ewropew taċ-Ċittadin biex temfasizza l-kontribuzzjonijiet tagħhom lejn l-Ewropa.


Dar il-Kaptan, il-Fondazzjoni ta’ Servizzi ta’ ‘Respite Care’, li ħadet il-premju minn Malta, kienet rappreżentata miċ-Chairperson tagħha, Jennifer Sant.

Il-Viċi President tal-Parlament Sylvie Guillaume, li mexxiet il-ġurija, qalet: “L-Ewropa għaddejja minn żminijiet partikularment diffiċli u xi mdaqqiet tidher li qed taqa’ biċċiet quddiem għajnejna. Iżda ċ-ċittadini Ewropej juruna li l-Ewropa ħajja u jipprattikaw il-valuri Ewropej kulljum.”

B’kollox 50 individwu u għaqdiet minn 26 pajjiż intgħażlu f’Ġunju li għadda biex ikunu r-rebbieħa fl-2016.

Wara li rċevew midalji waqt ċerimonji f’pajjiżhom – dik ta’ Malta saret f’Dar l-Ewropa, il-Belt, ix-xahar li għadda – issa ingħaqdu kollha f’Brussell għaċ-ċerimonja għal kulħadd.

Ms Guillaume, membru minn Franza mill-grupp S&D, qalet: “Sew jekk huma attivisti jiddefendu d-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem jew sempliċement furnar li juri ġenerożità eżemplari meta laqa’ refuġjati – dawn in-nies u organizzazzjonijiet jippromwovu l-proġett Ewropew. Ejjew niċċelebraw l-impenn tagħhom u nħeġġu l-isforzi tagħhom.

Din hi d-disa’ sena nfila li l-Parlament Ewropew ingħata l-Premju Ewropew taċ-Ċittadin għal proġetti u inizjattivi li jiffaċilitaw koperazzjoni bejn pajjiżi jew li jippromwovu ftehim reċiproku fi ħdan l-UE u jippromwovu valuri Ewropej fl-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend