Jissuġġerixxu prezzijiet aktar għoljin fuq il-luminati – One News

Notifiki

Jissuġġerixxu prezzijiet aktar għoljin fuq il-luminati

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed tappella biex aktar pajjiżi jintroduċu żieda fit-taxxi fuq luminati li għandhom livelli għoljin ta’ zokkor.

L-WHO spjegat li minn rapporti ġodda jirriżulta li jekk wieħed jgħolli l-prezzijiet ta’ dawn il-luminati b’20%, il-pubbliku jagħżel aktar xarbiet ta’ nutrizzjoni tajba.

Din l-organizazzjoni temmen li huwa biss permezz ta’ aktar taxxi, li jista’ jonqos il-konsum taz-zokkor.

Pajjiżi bħal Messiku u l-Ungerija, diġa żiedu t-taxxi fuq dawn il-prodotti, u huwa mistenni li anke pajjiżi oħra bħall-Afrika jintroduċu din iż-żieda.

Fi kliem l-organizazzjoni din it-taxxa twassal għal tnaqqis fin-numru ta’ persuni li jbagħtu mid-dijabete u l-obeżita.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend