20 sena ħabs għal raġel li abbuża minn neputijiet tiegħu – One News

Notifiki

20 sena ħabs għal raġel li abbuża minn neputijiet tiegħu

Raġel ta’ 63 sena jista jeħel minn tal-inqas għoxrin sena ħabs wara li kien akkużat li brutalment ikkorrompa tnejn min-neputijiet tiegħu, meta l-bniet, li dak iż-żmien kellhom tlett snin u ħames snin, kienu afdati f’idejh biex jieħu ħsiebhom.

Quddiem il-Qorti, l-Ispettur tal-Pulizija Joseph Busuttil spjega kif ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar, kien arrestat wara li oħt l-istess neputijiet qalet lil familtha li kien uriha film pornografiku.

Sorsi qalu li dan wassal biex l-aħwa, li llum il-ġurnata għandhom tlettax u ħmistax-il sena, jiżvelaw lill-awtoritajiet li zijuhom allegatament abbużahom meta kienu iżgħar.

Huwa mifhum ukoll li uffiċjali tal-arrest sabu ammont kbir ta’ pornografija tat-tfal fuq il-kompjuter tal-akkużat.

L-avukat tad-difiża qal li l-akkużat se jwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, filwaqt li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend