Tammetti li ħadet gost tara lil bintha tkun stuprata u wara għamlet l-att sesswali mal-qattiel – One News

Notifiki

Tammetti li ħadet gost tara lil bintha tkun stuprata u wara għamlet l-att sesswali mal-qattiel

Omm minn New Mexico ammettiet mal-Pulizija li kienet preżenti meta bintha nqatlet u li wara l-qtil ippartiċpat f’atti sesswali mal-qattiel.

It-tifla, Victoria Martens, kellha għaxar snin. Kienet stuprata u mqatta’ biċċiet f’Awwissu li għadda. Dettalji ħierġin issa li qiegħed jinstema’ l-każ il-Qorti.

Il-verżjoni li l-omm tat lill-Pulizija nbidlet kemm-il darba, sakemm gidbulha u qalulha li l-qattiel, ċertu Fabian Gonzales, kien qal il-verità. Hawn l-omm qalet li kienet tieħu gost tara lil bintha tkun stuprata mill-qattiel, li huwa wkoll l-għarus tagħha.

Dakinhar li nqatlet it-tifla, din sfat attakkatta u stuprata kemm mill-qattiel kif ukoll minn kuġintu, ċertu Jessica Kelley. L-omm allegatament kienet preżenti waqt li Victoria kienet stuprata u njorat kompletament l-għajjat ta’ bintha għall-għajnuna. Hija għamlet l-att sesswali mal-qattiel 20 minuta wara.

It-tifla kienet drogata, stuprata, mgħallqa u qalgħat daqqiet ta’ sikkina, jum biss wara li għalqet għaxar snin. Ġisimha bla ħajja nstab imkebbeb f’kutra.

Mall-Pulizija ammettiet li kienet tieħu pjaċir tara lil bintha tkun vjolentata, tant li sitt xhur qabel il-qtil ħalliet żewġt’irġiel oħra jistuprawha. L-omm għandha wkoll tifel ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend